Adrian Grima
Baħar Jgħum f’Għajnejk
语言: 马耳他文
翻译:
德文 (Ein Meer schwimmt in deinen Augen), 英文 (Seas Swimming in Your Eyes)
Baħar Jgħum f’Għajnejk
Samwel ta’ sentejn u nofs, ir-Ramla taż-Żejtun
Int dejjem trid tmur timxi fejn il-baħar,
minn kullimkien trid tara l-fond u l-blu;
tinsisti li trid togħla ’l fuq miċ-ċinta,
avolja kbirt u l-biża’ jafek hu.
Bil-ġebla f’idek trid tinħabb u tinki,
trid tara fejn se tinżel, daharha lejk.
Int trid titbaħbaħ bħalha f’baħar mibdi,
trid timxi msaħħar bl-ilma jgħum f’għajnejk.
Il-qamar ħadlu postu l-mewġ imriegħed,
il-bogħod, is-skiet m’għadhomx jikkuntentawk.
Hemm baħar sħiħ imċafċaf tiela’ miegħek,
hemm ħoss ta’ ġebla u fond jitturmentawk.