Adrian Grima
Ħofor Suwed
língua: maltês
Traduções :
alemão (Schwarze Löcher), francês (Trous noirs), inglês (Black Holes)
Ħofor Suwed
Mara li taqra x-xorti,
għidli jekk hemmx biżżejjed riżq fil-pala t’idi.
Għax jekk m’hemmx,
naqleb il-mejda bik b’kollox,
u naqbad l-ewwel ajruplan lejn il-ħofor suwed
li ma jinħbewx wara l-ħżuż ta’ jdejna.