Adrian Grima
Kanċellazzjoni tal-Istorja
langue: maltais
traductions:
allemand (Die Abschaffung der Geschichte ), italien (La cancellazione della storia)
Kanċellazzjoni tal-Istorja
lil Khaled
Meta telqu s-suldati
ried jerġa’ jmur fiċ-ċella fejn għawġuh,
bħalma tnalja tobrom xewket id-dahar
sakemm tismagħha tfaqqa’ –
it-tnalja.
Ried jisfida,
imqar għal darb’oħra,
il-kanċellazzjoni ta’ l-istorja.
Fiċ-ċella seta’ jerġa’ jonoraha,
u ebda tluq, u ebda firma,
u ebda propaganda mqanqla
ma setgħu
jifirduha mill-memorja.