Adrian Grima
Dit-Tagħbija Barranija
Language: maltese
Translations:
german (Fremde Last ), french (Ce poids étranger)
Dit-Tagħbija Barranija
Lanqas taħt id-doċċa ma jeħfief dal-piż.
Il-misħun jaħbat ’l hawn u ’l hinn bla kwiet
imma dahri jibqa’ maqbud
ġo did-diqa trasparenti.
Dirgħajja ma jintelqux,
lanqas ma’ ġenbejja,
u ndur ġo dal-kwadru nkejjuż
qisni tapp tas-sufra dieħel lura f’postu.
Nistenna l-misħun dejjem ġej
imma dit-tagħbija barranija ma trid teħfief b’xejn.