Adrian Grima
Vous pouvez lire ce poéme dans les traductions suivantes:
Cigni (Italien)
Schwäne (Allemand)
Ċinji
Iċ-ċinji jistennewna nieqfu qabel jinżlu. U mbagħad jibqgħu ’l bogħod, bħax-xewqat siekta u kbar li jitturmentawna. Fid-dgħajsa Samwel jistaqsini mitt elf ħaġa u jien nibża’ li jagħtini ħass ħażin u nħalli lilu f’nofs għadira barranija waħdu. L-ilma jistkenn taħt is-siġar twal skjerati, u jferfer ftit il-ġwienaħ ixxamplati. Fil-wiċċ hemm weraq tondi u fuqhom fjuri sofor kbar u delikati. Bl-imqadef ma noqrobx, u ma naħsadhomx, imma dax-xewqat fraġli jgħumu fil-wiċċ jippersegwitawni. Samwel irid jaqdef naqra hu, u nirħulha bil-mod lejn ix-xatt mgħobbijin b’xeni u xbihat ġodda fjamanti.



