Adrian Grima
Vous pouvez lire ce poéme dans les traductions suivantes:
Eine Angst mehr (Allemand)
Une autre angoisse (Français)
Ansjetà Oħra
Kieku nista’, inġorr dir-riħa tan-nagħniegħ ma’ mnifsejja, naqla’ l-iskaldi ta’ l-ansjetà bil-ponta u l-vini tal-weraq aħdar tiegħu, nintelaq minn tuli qalb ix-xtieli mxarrba taħt xemx nieżla u nibla’, boqqa boqqa, dir-riħa skunċertanti. Imma din mhix ħlief ansjetà ġdida, poeżija oħra inutli, diskors imlissen biex jimla l-karta ta’ l-eżami tal-moħħ li jgħarraq lill-qalb f’xewqatu. Ansjuża din l-ansjetà li tfuħ.



