Adrian Grima
Vous pouvez lire ce poéme dans les traductions suivantes:
Der Friedhof in Arlington, Virginia (Allemand)
Pokopališče v Arlingtonu, Virginija (Slovène)
The Cemetery at Arlington, Virginia (Anglais)
Iċ-Ċimiterju ta’ Arlington, Virginia
F’din l-ewwel skola fil-miftuħ li qatt żort hawn il-bankijiet u l-istudenti kwieti u ggalbati imqegħdin f’ringieli kważi perfetti. Is-skiet mhuwiex żball, jew passività, jew ingratitudni lejn l-għalliema. Li kellhom jitgħallmu tgħallmuh, u issa jisktu huma biex nitgħallmu aħna li nduru u nħufu f’dawn il-klassijiet moderni mingħajr ħjiel, kieku ma jgħidulniex ta’ qabilna, li sibna ruħna fl-aħjar skola possibbli. Uħud mill-ex-alumni għandhom bank ikbar minn ta’ sħabhom imma l-biċċa l-kbira laħqu ’ndunaw bid-differenza fil-qisien u għamlu bank bħal tas-soltu, kemm kemm joqgħod ġisem ta’ bniedem u post fejn tħarbex xi ħaġa. Arlington jgħallmuk kollox f’daqqa u mbagħad ma jkollokx għalfejn issaqsi aktar.



