Adrian Grima
You can read this poem in the following translations:
Ce poids étranger (French)
Fremde Last (German)
Dit-Tagħbija Barranija
Lanqas taħt id-doċċa ma jeħfief dal-piż. Il-misħun jaħbat ’l hawn u ’l hinn bla kwiet imma dahri jibqa’ maqbud ġo did-diqa trasparenti. Dirgħajja ma jintelqux, lanqas ma’ ġenbejja, u ndur ġo dal-kwadru nkejjuż qisni tapp tas-sufra dieħel lura f’postu. Nistenna l-misħun dejjem ġej imma dit-tagħbija barranija ma trid teħfief b’xejn.



